Kif tapplika

Persuna tapplika għal Kustodja billi timla l-applikazzjoni u rapport mediku li jista’ jinkiseb mill-uffiċċju tar-Reġistratur tal-Bord dwar il-Kustodja jew permezz tal-links hawn taħt. Skond il-liġi (Artikolu 189(3) tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikolu 521 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili), it-talba għal Kustodja tista’ ssir minn:

  • Persuna b’ diżabilità jew diżordni mentali li tixtieq li jkollha Kustodja maħtura
  • Konjuġi ta’ persuni b’ diżabilità jew diżordni mentali
  • Qraba ta’ persuni b’diżabilità jew diżordni mentali
  • L-Avukat Ġenerali, sakemm it-talba ma ssirx minn xi persuna oħra

Jekk teħtieġ għajnuna biex tifhem u timla l-applikazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-Reġistratur tal-
Bord dwar il-Kustodja.

l-Ordni ta’ kustodja

Meta l-Bord dwar il-Kustodja jaħtar Gwardjan, tinħareġ Ordni ta’ Kustodja. Il-Qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja tiġi nnotifikata b’dan l-Ordni.

Normalment l-istituzzjonijiet finanzjarji, bħall-banek jitolbu li jaraw dan qabel ma jsiru xi tranżazzjonijiet f’isem l-adult. Jekk ikollok xi diffikultà biex tuża l-Ordni tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana.

Hija r-responsabbiltà tal-kustodju li jżomm l-Ordni ta’ kustodja f’post sikur.