Ladarba tingħata l-Ordni
L-Ordni ta’ Kustodja
Meta l-Bord dwar il-Kustodja jaħtar Gwardjan, tinħareġ Ordni ta’ Kustodja. Il-Qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja tiġi nnotifikata b’dan l-Ordni.
Normalment l-istituzzjonijiet finanzjarji, bħall-banek jitolbu li jaraw dan qabel ma jsiru xi tranżazzjonijiet f’isem l-adult. Jekk ikollok xi diffikultà biex tuża l-Ordni tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana.
Hija r-responsabbiltà tal-kustodju li jżomm l-Ordni ta’ kustodja f’post sikur.
Appelli
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord dwar il-Kustodja jistgħu jiġu appellati permezz tal-Qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja.
Appell għandu jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn għoxrin jum mid-data tad-deċiżjoni tal-Bord.
Kont Annwali
Il-Kustodju li jirċievi flus jew proprjetà oħra dovuti lill-persuna soġġetta għal kustodja huwa obbligat li jżomm kont separat u rekord ta’ tali flejjes jew proprjetà oħra.
Il-Kustodju għandu jissottometti lill-Bord, kont tad-dħul u l-infiq annwali kkonfermat bil-ġurament fir-rigward ta’ kustodja.
Ordnijiet ta’ Interdizzjoni u Inkapaċitazzjoni
L-Ordnijiet ta’ interdizzjoni u inkapaċitazzjoni jistgħu jiġu kkonvertiti f’ordnijiet tal-kustodja. Dan jista’ jsir billi titressaq talba lill-qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja. Il-Qorti tista’ tikkonsulta mal-Bord dwar il-Kustodja kif meħtieġ jew tirreferi l-kwistjoni lill-Bord għad-determinazzjoni tiegħu. Jekk ma jkunx hemm raġunijiet suffiċjenti biex issir il-konverżjoni, il-qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja tiġi nnotifikata u l-interdizzjoni jew l-inkapaċità jibqgħu fis-seħħ.
Jekk ikun hemm raġunijiet suffiċjenti biex issir il-konverżjoni, tinħareġ ordni ta’ kustodja u tiġi nnotifikata l-qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja. Il-Qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja tirrevoka l-interdizzjoni jew l-inkapaċità. Huwa rakkomandabbli li tfittex l-assistenza ta’ avukat jekk tixtieq tressaq talba għal konverżjoni fil-qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja.
Revoka ta' Ordnijiet
Kwalunkwe persuna tista’ tagħmel talba lill-Bord dwar il-Kustodja biex tirrevoka ordni ta’ kustodja.Wara konsiderazzjoni xierqa, il-Bord jista’ jirrevoka ordni ta’ kustodja:
- Il-kawża li tat lok għat-tutela ma baqgħetx teżisti
- Hemm raġuni tajba u suffiċjenti biex tirrevoka tali tutela
Meta persuna suġġetta għal kustodja tmut, il-gwardjan għandu jirrapporta l-mewt lill-bord mhux
aktar tard minn massimu ta’ (2) ġimagħtejn mill-mewt tal-persuna. Ordnijiet ta’ Kustodja jieqfu
meta persuna soġġetta għal kustodja tmut.