Termini ta’ Użu

Din il-paġna (flimkien mad-dokumenti msemmija fiha) tipprovdilek it-termini u l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tagħmel użu mis-sit elettroniku, kemm jekk bħala viżitatur kif ukoll jekk bħala utent irreġistrat. Jekk jogħġbok aqra dawn it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu bir-reqqa qabel tibda tuża s-sit. Bl-użu tas-sit elettroniku, inti tindika li taċċetta u taqbel li timxi ma’ dawn it-termini u kundizzjonijiet tal-użu. Jekk ma taqbilx ma’ dawn it-termini u kundizzjonijiet tal-użu, jekk jogħġbok astjeni milli tuża s-sit elettroniku.


AĊĊESS GĦAS-SIT ELETTRONIKU

L-aċċess għas-sit elettroniku huwa permess fuq bażi temporanja, u aħna nirriżervaw id-dritt li nirtiraw jew nibdlu l-informazzjoni u/jew is-servizzi li nipprovdu fuq is-sit elettroniku mingħajr avviż (ara hawn taħt).

Se nagħmlu sforzi raġonevoli sabiex niżguraw li s-sit ikun disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. Madankollu, aħna ma nkunux responsabbli jekk għal xi raġuni s-sit elettroniku ma jkunx disponibbli f’xi ħin jew għal xi perjodu.

Minn żmien għal żmien, nistgħu nirrestrinġu l-aċċess għal xi partijiet tas-sit elettroniku, jew għas-sit kollu, għal utenti li jkunu rreġistraw.

Jekk tagħżel, jew tingħata, kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-utent, password jew kwalunkwe informazzjoni oħra bħala parti mill-proċeduri tas-sigurtà tagħna, trid tittratta tali informazzjoni bħala kunfidenzjali u ma tridx tiżvelaha lil ebda parti terza. Għandna d-dritt li niddiżattivaw kwalunkwe kodiċi ta’ identifikazzjoni jew password, kemm jekk magħżul minnek kif ukoll jekk allokat minna, fi kwalunkwe ħin jekk, fl-opinjoni tagħna, inti tkun naqast milli tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet tal-użu.

Meta tuża s-sit elettroniku, trid tastjeni milli tagħmel jew twettaq xi ħaġa elenkata fit-taqsima “Użi Pprojbiti” ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet.

Int responsabbli li tagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex ikollok aċċess għas-sit elettroniku. Int ukoll responsabbli li tiżgura li kull min jaċċessa s-sit elettroniku permezz tal-konnessjoni tal-internet tiegħek ikun konxju ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet u li jikkonforma magħhom.


UŻU TAS-SIT ELETTRONIKU

Dawn it-termini u kundizzjonijiet jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni ppubblikata fuq is-sit elettroniku u s-servizzi relatati, b’mod partikolari n-notifiki tas-sit u l-pubblikazzjoni ta’ kummenti u/jew l-użu tas-sit elettroniku għall-finijiet tas-sottomissjoni ta’ formoli ta’ applikazzjoni disponibbli fuq is-sit elettroniku lill-ministeri, dipartimenti jew entitajiet oħra rilevanti fi ħdan il-Gvern ta’ Malta.


Notifiki Awtomatizzati u Kummenti

Dan is-sit elettroniku jista’ joffri s-servizz ta’ notifiki awtomatizzati dwar aġġornamenti ta’ informazzjoni fis-sit elettroniku. Il-funzjonalità tan-notifiki tippermetti lill-utenti jagħżlu dwar xiex u meta jiġu nnotifikati dwar bidliet fl-informazzjoni. In-notifiki jintbagħtu permezz tal-indirizz tal-posta elettronika pprovdut mill-utent.

Dan is-sit elettroniku jista’ wkoll joffri funzjoni ta’ kummenti sabiex jipprovdi interazzjoni bejn l-utenti u s-sid tas-sit elettroniku. Din il-funzjoni tippermetti lill-utenti jintervjenu u jipparteċipaw f’diskussjonijiet relatati mal-informazzjoni ppubblikata fuq is-sit elettroniku. F’każ li din il-funzjoni tkun attiva, nirriżervaw id-dritt li nneħħu kummenti li:

– ikun fihom lingwaġġ abbużiv, oxxen, indiċenti jew offensiv, jew li jinkludu links għal materjal oxxen jew offensiv;

– ikun fihom kliem vulgari jew profanità oħra, jew li jkunu kompletament barra mis-suġġett tad-diskussjoni jew mhux rilevanti għall-oġġett ippubblikat;

– ikun fihom lingwaġġ abbużiv lejn individwu involut fit-taħdita, lejn organizzazzjonijiet oħra jew lejn l-amministratur tal-paġna;

– jikkostitwixxu spam jew jippromwovu jew jirreklamaw prodotti, ħlief fejn dan ikun relatat direttament ma’ avveniment, pubblikazzjoni jew oġġett simili li għandu rilevanza diretta għas-suġġett tad-diskussjoni;

– ikunu mfassla biex jikkawżaw fastidju lill-amministratur tal-paġna jew lil utenti oħra.

Nirriżervaw id-dritt li niddiżattivaw il-funzjoni tal-kummenti fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż.

Il-funzjonijiet tan-notifiki awtomatizzati u l-kummenti huma disponibbli għal utenti li jkunu kisbu Identità Elettronika Maltija (e‑ID). Għal aktar informazzjoni dwar l‑e‑ID, tista’ żżur www.servizz.gov.mt.


TRANŻAZZJONIJIET ONLINE PERMEZZ TA’ FORMOLI ELETTRONIĊI

Tista’ tiġi awtentikat fuq is-sit tal-e‑Forms permezz tal‑e‑ID jew billi tirreġistra fuq is-sit tal‑e‑Forms billi tuża l‑indirizz tal‑posta elettronika tiegħek. Jekk inti eliġibbli biex tapplika għal e‑ID, m’intix permess li tirreġistra fuq is-sit tal‑e‑Forms billi tuża l‑indirizz tal‑posta elettronika tiegħek.

Ladarba tirreġistra, tirċievi notifika permezz tal‑posta elettronika li tikkonferma li r‑reġistrazzjoni tiegħek fuq is‑sit tal‑e‑Forms kienet ta’ suċċess u tkun tista’ tidħol billi tuża l‑kredenzjali tiegħek. Bħala utent irreġistrat tkun tista’:

– timla formoli online (minn hawn ’il quddiem imsejħa “e‑Forms”);
– twettaq ħlasijiet għall‑e‑Forms rispettivi;
– tehmeż id‑dokumenti meħtieġa mal‑e‑Forms rilevanti qabel is‑sottomissjoni;
– tiffirma dokumenti u e‑Forms;
– tissottometti e‑Forms;
– issegwi l‑e‑Forms sottomessi;
– tirċievi notifiki dwar l‑e‑Forms sottomessi;
– tara l‑istorja tal‑e‑Forms sottomessi;
– tuża mekkaniżmi ta’ gwida u funzjonijiet ta’ għajnuna disponibbli fuq il‑formoli.

L‑utenti irreġistrati għandhom jiżguraw li jaqraw it‑termini u kundizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw it‑tranżazzjonijiet tal‑e‑Forms qabel jissottomettu e‑Form. Dawn it‑termini huma disponibbli fl‑indirizz indikat.


UŻU TA’ APPLIKAZZJONIJIET MOBBLI TAL‑GVERN

 

 

UŻI PPROJBITI

Tista’ tuża s-sit elettroniku biss għal finijiet legali. Ma tistax tuża s-sit elettroniku:

– b’xi mod li jikser kwalunkwe liġi jew regolament applikabbli;
– b’xi mod li jkun illegali jew frodulenti, jew li jkollu skop jew effett illegali jew frodulenti;
– b’xi mod li jista’ jikser id-drittijiet tagħna jew id-drittijiet ta’ partijiet terzi;
– biex tippubblika, tittrażmetti jew ixxerred kwalunkwe informazzjoni fuq jew permezz tas-sit elettroniku li tkun oxxena, malafamanti jew ta’ kwalunkwe mod ta’ ħsara;
– biex tikseb jew tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzat għas-sit elettroniku;
– biex tbiddel, tħammeġ jew tinterferixxi mas-sit elettroniku b’xi mod;
– biex b’mod intenzjonat tittrażmetti kwalunkwe data, tibgħat jew ittella’ kwalunkwe materjal li jkun fih viruses, Trojan horses, worms, time‑bombs, keystroke loggers, spyware, adware jew kwalunkwe programm ieħor ta’ ħsara jew kodiċi simili mfassal biex jaffettwa b’mod negattiv it-tħaddim ta’ kwalunkwe softwer jew ħardwer tal-kompjuter;
– biex tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzat għal kwalunkwe parti jew funzjonalità tas-servizzi, jew għal kwalunkwe sistema jew netwerk ieħor konness mas-servizzi jew ma’ kwalunkwe server tal-Gvern ta’ Malta, jew għal kwalunkwe servizz offrut fuq jew permezz tas-sit elettroniku, permezz ta’ hacking, “password mining” jew mezzi illeġittimi oħra;
– biex tittestja, tiskannja jew teżamina l-vulnerabbiltà tas-sit elettroniku, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe netwerk konness mas-sit elettroniku, jew biex tikser il-miżuri ta’ sigurtà jew ta’ awtentikazzjoni fuq is-sit elettroniku, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe netwerk konness miegħu;
– biex twettaq reverse look‑up, traċċar jew tipprova tidentifika s-sors ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar kwalunkwe utent jew viżitatur ieħor tas-sit elettroniku, jew kwalunkwe klijent ieħor tal-Gvern ta’ Malta, inkluż kwalunkwe kont ta’ servizz li ma jkunx tiegħek, jew biex tisfrutta s-sit elettroniku jew kwalunkwe servizz jew informazzjoni disponibbli jew offerta fuq jew permezz tas-sit elettroniku, bi kwalunkwe mod fejn l-iskop ikun li tiżvela kwalunkwe informazzjoni, inkluża iżda mhux limitata għal informazzjoni jew identifikazzjoni personali, ħlief għall-informazzjoni tiegħek stess kif ipprovduta mis-sit elettroniku jew kwalunkwe servizz ipprovdut permezz tiegħu;
– biex tiffalsifika headers jew b’xi mod ieħor timmanipula identifikaturi sabiex taħbi l-oriġini ta’ kwalunkwe messaġġ jew trasmissjoni li tibgħat lill-Gvern ta’ Malta fuq jew permezz tas-sit elettroniku jew kwalunkwe servizz offrut fuqu jew permezz tiegħu. Ma tistax tippretendi li inti, jew li inti tirrappreżenta, xi ħadd ieħor, jew li tissimulaw jew tippersonifika kwalunkwe persuna jew entità oħra sakemm ma tkunx awtorizzat.

Nirriżervaw id-dritt li niżvelaw l-informazzjoni personali tiegħek lil kwalunkwe awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi fil-każ ta’ ksur tal-paragrafu preċedenti.


INTI TAQBEL UKOLL:

– li ma tirriproduċix, tidduplika, tikkopja jew terġa’ tbigħ kwalunkwe parti mis-sit elettroniku bi ksur ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet;

– li ma taċċessax mingħajr awtorizzazzjoni, ma tinterferixxix, ma tagħmilx ħsara jew tfixkil għal:

(i) kwalunkwe parti mis-sit elettroniku;
(ii) kwalunkwe tagħmir jew netwerk li fuqu jkun maħżun is-sit elettroniku;
(iii) kwalunkwe softwer użat għall-provvista tas-sit elettroniku; jew
(iv) kwalunkwe tagħmir, netwerk jew softwer li jkun proprjetà ta’ jew użat minn kwalunkwe parti terza;

– li ma tużax kwalunkwe “page‑scrape”, “robot”, “spider” jew apparat, programm, algoritmu jew metodoloġija awtomatika oħra, jew kwalunkwe proċess manwali simili jew ekwivalenti, sabiex taċċessa, takkwista, tikkopja jew tissorvelja kwalunkwe parti tas-servizzi jew kwalunkwe kontenut ipprovdut permezz ta’ dan is-sit elettroniku, jew b’xi mod tirriproduċi jew tevita l-istruttura tan-navigazzjoni jew il-preżentazzjoni tas-servizzi jew tal-kontenut, sabiex tikseb jew tipprova tikseb kwalunkwe materjal, dokument jew informazzjoni b’mezzi li ma jkunux deliberatament disponibbli permezz tas-sit elettroniku. Nirriżervaw id-dritt li nipprojbixxu kwalunkwe attività bħal din;

– li ma tieħu ebda azzjoni li timponi piż mhux raġonevoli jew sproporzjonat fuq l-infrastruttura tas-sit elettroniku jew fuq is-sistemi jew in-netwerks tal-Gvern ta’ Malta, jew fuq kwalunkwe sistema jew netwerk konness mas-sit elettroniku;

– li ma tużax kwalunkwe apparat, softwer jew rutina biex tinterferixxi jew tipprova tinterferixxi mat-tħaddim korrett tas-sit elettroniku, inklużi s-servizzi, jew kwalunkwe tranżazzjoni li tkun qed titwettaq fuq is-sit elettroniku ma’ kwalunkwe persuna jew entità oħra li tuża s-sit elettroniku.


LINKS GĦAL SITI ELETTRONIĊI OĦRA

Fejn is-sit elettroniku jkun fih links għal siti u riżorsi oħra pprovduti minn partijiet terzi, dawn il-links jingħataw biss għall-informazzjoni tiegħek. Aħna m’għandna l-ebda kontroll fuq il-kontenut ta’ dawk is-siti jew riżorsi u ma naċċettaw ebda responsabbiltà għalihom jew għal kwalunkwe telf jew dannu li jista’ jirriżulta mill-użu tagħhom.


LINKS GĦAL DAN IS-SIT ELETTRONIKU

Tista’ toħloq link għas-sit elettroniku, sakemm tagħmel dan b’mod ġust u legali u li ma jagħmilx ħsara lir-reputazzjoni tagħna jew jieħu vantaġġ minnha, iżda m’għandekx toħloq link b’mod li jissuġġerixxi kwalunkwe forma ta’ assoċjazzjoni, approvazzjoni jew endorsjar min-naħa tagħna fejn dan ma jeżistix. Nirriżervaw id-dritt li nirtiraw il-permess għall-linking mingħajr avviż.

Is-sit elettroniku ma għandux jiġi inkapsulat (framed) f’xi sit ieħor.


DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Aħna s-sidien jew il-liċenzjarji tad-drittijiet kollha tal-proprjetà intellettwali fis-sit elettroniku u fil-materjal ippubblikat fuqu. Dawn ix-xogħlijiet huma protetti mil-liġijiet u trattati dwar id-drittijiet tal-awtur madwar id-dinja kollha. Dawn id-drittijiet kollha huma riżervati.

Tista’ tipprintja kopji, u tniżżel estratti, ta’ kwalunkwe paġna mis-sit elettroniku għar-referenza personali tiegħek u tista’ tiġbed l-attenzjoni ta’ oħrajn fi ħdan l-organizzazzjoni tiegħek lejn materjal ippubblikat fuq is-sit elettroniku.

M’għandekx tibdel il-kopji fuq karta jew diġitali ta’ kwalunkwe materjal li tipprintja jew tniżżel b’xi mod, u m’għandekx tuża illustrazzjonijiet, ritratti, sekwenzi ta’ vidjo jew awdjo jew kwalunkwe grafika separatament mit-test li jakkumpanjahom.

Jekk tipprintja, tikkopja jew tniżżel kwalunkwe parti mis-sit elettroniku bi ksur ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet tal-użu, id-dritt tiegħek li tuża s-sit elettroniku jieqaf immedjatament u trid, skont l-għażla tagħna, tirritorna jew teqred kwalunkwe kopja tal-materjal li tkun għamilt.


AFFIDAMENT FUQ L-INFORMAZZJONI IPPUBBLIKATA

Kummentarji u materjal ieħor ippubblikat fuq is-sit elettroniku mhumiex maħsuba biex jikkostitwixxu parir li fuqu għandu jsir affidament. Għaldaqstant, aħna niċħdu kull responsabbiltà li tirriżulta minn kwalunkwe affidament fuq tali materjal minn kwalunkwe viżitatur tas-sit elettroniku jew minn kwalunkwe persuna li tkun infurmata dwar il-kontenut tiegħu.


BIDLIET FIS-SIT ELETTRONIKU

Aħna nimmiraw li naġġornaw is-sit elettroniku regolarment u nistgħu nbiddlu l-kontenut fi kwalunkwe ħin. Jekk tinqala’ l-ħtieġa, nistgħu nissospendu l-aċċess għas-sit elettroniku jew nagħlquh għal perjodu indefinit. Kwalunkwe materjal fuq is-sit elettroniku jista’ jkun skadut fi kwalunkwe ħin u m’aħniex obbligati li naġġornawh.


COOKIES

Cookie tas-sessjoni hija biċċa data li tinħażen fuq il-kompjuter tiegħek u li tiskadi ladarba tagħlaq il-browser tal-internet. Is-sit elettroniku juża cookies tas-sessjoni sabiex jidentifika temporanjament l-azzjonijiet tal-utent waqt l-użu tas-sit elettroniku, inklużi s-servizzi. Cookie tas-sessjoni hija informazzjoni maħżuna fil-cache tal-browser tiegħek li tkun disponibbli biss għas-sit elettroniku matul it-tul tas-sessjoni tal-browser tiegħek meta taċċessa s-sit elettroniku jew is-servizzi, u ebda sit ieħor ma jista’ jitlob din l-informazzjoni. Bl-użu ta’ dan is-sit elettroniku jew tas-servizzi inti tagħti l-kunsens tiegħek għall-ħażna ta’ cookies fuq il-kompjuter personali tiegħek. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni maħżuna permezz tal-cookie tas-sessjoni titneħħa mill-cache tal-kompjuter tiegħek, huwa rakkomandat ħafna li tagħlaq il-browser tiegħek ladarba tispiċċa tuża s-sit elettroniku jew is-servizzi.


SIGURTÀ

Aħna ma nkunux responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu kkawżat minn attakk ta’ denial‑of‑service distribwit, viruses jew materjal ieħor teknoloġikament ta’ ħsara li jista’ jinfetta t-tagħmir tal-kompjuter tiegħek, programmi, data jew materjal ieħor proprjetarju minħabba l-użu tiegħek tas-sit elettroniku jew minħabba t-tniżżil ta’ kwalunkwe materjal ippubblikat fuqu jew fuq kwalunkwe sit elettroniku marbut miegħu.


LIMITAZZJONI TAR-RESPONSABBILTÀ

Il-materjal muri fuq is-sit elettroniku huwa pprovdut mingħajr ebda garanziji, kundizzjonijiet jew warranties dwar l-eżattezza tiegħu. Sal-limitu permess mil-liġi, aħna, kwalunkwe kontributur identifikat (inklużi entitajiet fi ħdan il-Gvern ta’ Malta) u partijiet terzi konnessi magħna neskludu espressament:

– il-kundizzjonijiet, garanziji u termini l-oħra kollha li altrimenti jistgħu jkunu impliċiti mil-liġi;

– kwalunkwe responsabbiltà għal kwalunkwe telf jew dannu dirett, indirett jew konsegwenzjali mġarrab minn kwalunkwe utent b’rabta mas-sit elettroniku jew mal-użu, l-inkapaċità li jintuża, jew ir-riżultati tal-użu tas-sit elettroniku, kwalunkwe sit elettroniku marbut miegħu u kwalunkwe materjal ippubblikat fuqu, inkluż iżda mhux limitat għal responsabbiltà għal:

• telf ta’ dħul jew introjtu;
• telf ta’ negozju;
• telf ta’ profitti jew kuntratti;
• telf ta’ tfaddil mistenni; telf ta’ data;
• telf ta’ reputazzjoni tajba (goodwill);
• ħela ta’ ħin ta’ ġestjoni jew ta’ uffiċċju;

u għal kwalunkwe telf jew dannu ieħor ta’ kwalunkwe tip, irrispettivament minn kif ikun inqala’ u jekk ikunx ikkawżat minn tort (inkluża negliġenza), ksur ta’ kuntratt jew mod ieħor, anke jekk ikun prevedibbli.

Dan ma jaffettwax ir-responsabbiltà tagħna għal kwalunkwe responsabbiltà oħra li ma tistax tiġi eskluża jew limitata skont il-liġi applikabbli.


ESKLUŻJONI TA’ GARANZIJI

Aħna ma nagħtuk l-ebda garanzija jew assigurazzjoni. Aħna niddikjaraw, u inti tirrikonoxxi, li l-garanziji u l-kundizzjonijiet impliċiti kollha huma esklużi sal-massimu permess mil-liġi. Għandek tinnota b’mod partikolari li:

– is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit elettroniku mhumiex maħsuba biex jikkostitwixxu dikjarazzjoni definittiva jew kompluta tal-liġi dwar kwalunkwe suġġett;
– is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit elettroniku mhumiex maħsuba biex jikkostitwixxu parir legali f’xi sitwazzjoni speċifika;
– is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit elettroniku jinkludu informazzjoni u riżorsi arkivjati li jistgħu jkunu żbaljati jew skaduti;
– is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit elettroniku, u l-mezzi ta’ kif jiġu pprovduti, jistgħu jkunu inkompatibbli mas-softwer jew mal-konfigurazzjoni tal-kompjuter tiegħek;
– nistgħu nbiddlu jew nirtiraw parti jew is-servizzi kollha pprovduti permezz ta’ dan is-sit elettroniku skont id-diskrezzjoni tagħna.


L-aħħar aġġornament: Mejju 2025