Talba għal Parir
Gwardjan jista’ jitlob il-parir tal-Bord dwar il-Kustodja fuq kwalunkwe materja relatata mal-ambitu tal-ordni tal-kustodja jew l-eżerċizzju ta’ kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet, obbligi u dmirijiet tal-gwardjan taħt l-Ordni tal-Kustodja.
Il-Bord jista’:
- Japprova/ma japprovax kwalunkwe att propost li jsir mit-gwardjan
- Jagħti parir li jidhirlu li hu xieraqe
- Jagħti kull ordni/deċiżjoni li jqies meħtieġa
- Jemenda jew jirrevoka l-ordni tal-kustodja

Setgħat Speċjali tal-Bord
Jekk il-Bord dwar il-Kustodja jirċievi informazzjoni kkonfermata bil-ġurament li persuna b’ diżabilità jew diżordni mentali qed issofri ħsara serja lis-saħħa fiżika, emozzjonali jew mentalitagħha minħabba trattament ħażin, abbuż jew negliġenza mill-Gwardjan, il-Bord jista’ jaħtar persuna/i biex iżżur il-persuna b’ diżabilità jew diżordni mentali u tħejji rapport tas-sitwazzjoni.
Il-proċedura li tiġi segwita meta jiġu rċevuti rapporti ta’ abbuż jew negliġenza.
INFORMAZZJONI LILL-BORD (TAĦT IL-ĠURAMENT)TO THE BOARD (UNDER OATH)
ĦATRA TA' PERSUNA/I BIEX TIPPREPARA RAPPORT (L-intervent tal-pulizija jista' jintuża jekk jinqalgħu diffikultajiet)
SOTTOMISSJONI TA' RAPPORT LILL-BORDOF REPORT TO THE BOARD
IL-BORD JISTA' JAGĦTI DRITT LILL-AKKUŻAT LI J JIĠI MISMUĠĦ MAY GRANT RIGHT TO THE ACCUSED TO BE HEARD
RAPPORT LILL-AWTORITÀ RILEVANTI GĦALL-INTERVENTTO RELEVANT AUTHORITY FOR INTERVENTION
Proċess Tal-Applikazzjoni
Persuna tapplika għal Kustodja billi timla l-applikazzjoni u rapport mediku li jista’ jinkiseb mill-uffiċċju tar-Reġistratur tal-Bord dwar il-Kustodja jew permezz tal-links hawn taħt.